MFSA: TMS Brokers Europe Limited

The Malta Financial Services Authority (“MFSA”) has become aware of an entity which has an internet presence at http://www.tmseuropechina.com/index.asp. This website is making unauthorised use and reference to the head office address of a Maltese registered company, TMS Brokers Europe Limited. TMS Brokers Europe Limited has voluntarily surrendered its Category 3 Investment Services Licence on 29 April 2019. Fraudsters are using the details of this genuine company in an effort to deceive the public.

The Authority would like to inform the public that http://www.tmseuropechina.com/index.asp claims to have a presence in Malta, which does not seem to be the case. The MFSA can confirm that http://www.tmseuropechina.com/index.asp has NO association with TMS Brokers Europe Limited.

The website http://www.tmseuropechina.com/index.asp therefore appears to be a clone of the website of the legitimate entity and that the public should therefore refrain from undertaking any business or transactions with the false entity.

Registered Entity Clone
TMS Brokers Europe Limited  TMS Europe China
https://www.tmsbrokers.com/ http://www.tmseuropechina.com/index.asp
C 70460 C 70460
Registered Office: The Plaza Commercial Centre, Level 8, Suite 5, Bisazza Street, Sliema SLM 1640, Malta
Head Office: 266, Ta’ Xbiex Seafront GZR1020, Il-Gzira, Malta
266, Ta’ Xbiex Seafront GZR1020, Il-Gzira, Malta
Licence voluntarily surrendered on 29 April 2019 Falsely claiming to be licensed by the MFSA

The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is being made is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator. A list of entities licensed by the MFSA can be viewed on the official website of the MFSA at http://www.mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx.

If you are a victim of a scam or think you might be dealing with an unauthorised entity or any other type of financial scam, first of all stop all transactions with the company and contact the MFSA at https://www.mfsa.mt/about-us/contact/ as soon as a suspicion arises.

Verżjoni bil-Malti

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA”) tixtieq tavża lill-pubbliku dwar entità li għandha preżenza fuq l-internet fis-situ elettroniku http://www.tmseuropechina.com/index.asp. Dan is-sit elettroniku qed jagħmel użu u referenza mhux awtorizzata għall-indirizz tal-head office ta’ kumpanija reġistrata Malta, TMS Brokers Europe Limited. TMS Brokers Europe Limited kienet ċediet volontarjament il-Liċenzja ta’ Kategorija 3 fis-Servizzi ta’ Investiment fid-29 ta’ April 2019. Individwi frodaturi qiegħdin jużaw id-dettalji ta’ entita’ ġenwina biex iqarrqu bil-pubbliku f’Malta u barra minn Malta.

L-MFSA tixtieq tavża lill-pubbliku li http://www.tmseuropechina.com/index.asp issostni li għandha preżenza ġewwa Malta, li ma jidhirx li huwa l-każ. L-MFSA tista’ tikkonferma li http://www.tmseuropechina.com/index.asp M’GĦANDHA EBDA rabta ma’ TMS Brokers Europe Limited. Għaldaqstant, is-sit elettroniku http://www.tmseuropechina.com/index.asp jidher li huwa clone ta’ sit elettroniku ta’ entita’ leġittima u għaldaqstant, il-pubbliku m’għandhux jidħol f’negozju jew transazzjonijiet mal-entità qarrieqa.

Entità Reġistrata Clone
TMS Brokers Europe Limited  TMS Europe China
https://www.tmsbrokers.com/ http://www.tmseuropechina.com/index.asp
C 70460 C 70460
Uffiċċju Reġistrat: The Plaza Commercial Centre, Level 8, Suite 5, Bisazza Street, Sliema SLM 1640, Malta
Head Office: 266, Ta’ Xbiex Seafront GZR1020,
Il-Gzira, Malta
266, Ta’ Xbiex Seafront GZR1020, Il-Gzira, Malta
Liċenzja ċeduta volontarjament fid-29 ta’ April 2019 Qed issotni b’mod qarrieqi li hija liċenzjata mill-MFSA

L-MFSA tixtieq tfakkar lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex ma jidħlu fl-ebda tranżazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ikunu aċċertaw li l-entità li magħha qed issir it-tranżazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli. Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq http://www.mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx.

Jekk inti vittma ta’ xi frodi jew taħseb li jista’ jkollok x’taqsam ma’ entita’ li m’hiex awtorizzata jew xi tip ta’ ingann finanzjarju, waqqaf kull transazzjoni ma’ din l-entita’ u ikkuntattja l-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/about-us/contact/ hekk kif ikollok xi suspett.

Beitrag kommentieren