FMG Investment Holdings Ltd trading as ClearSpring Capital – Clone

The Malta Financial Services Authority (“MFSA” or “the Authority”) has become aware of an entity by the name of FMG Investment Holdings Ltd trading as ClearSpring Capital which had an internet presence at https://clearspringcapital.com/ .This website is fraudulently using the details of an MFSA licensed company FMG (Malta) LTD to deceive the public.

The Authority would like to inform the public that FMG Investment Holdings Ltd trading as ClearSpring Capital (https://clearspringcapital.com/) is NOT a Maltese registered company NOR is it authorised to provide any financial services in or from Malta. Additionally, https://clearspringcapital.com/ has NO association with FMG (Malta) LTD.

The website https://clearspringcapital.com/ appears to be a clone of the website of the legitimate entity and the public should therefore refrain from undertaking any business or transactions with the false entity.

Registered Entity Clone
FMG (Malta) LTD FMG Investment Holdings Ltd trading as ClearSpring Capital
https://www.fmgfunds.com/ https://clearspringcapital.com/
C 44040 N/A
FMG (Malta) LTD, 6th Floor, Airways House,
Gaity Lane, Sliema SLM 1549
15, Stratton St, Mayfair London W1J 8LQ; The Shard, 32 London Bridge Street, London, SE1 9SG
Alternative Investment Funds (AIF’s)  Unlicensed

The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is being made is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator. A list of entities licensed by the MFSA can be viewed on the official website of the Authority at https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

For more information on clone companies please refer to the Scam Detection Guidelines issued by the MFSA at https://www.mfsa.mt/consumers/scams-warnings/typical-scams/. If you are a victim of a scam or think you might be dealing with an unauthorised entity or any other type of financial scam, first of all stop all transactions with the company and contact the MFSA at https://www.mfsa.mt/about-us/contact/ as soon as a suspicion arises.

Verżjoni bil-Malti

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA” jew “l-Awtorità”) ġiet infurmata b’entità li qed topera bl-isem ta’ FMG Investment Holdings Ltd li tuża l-isem kummerċjali ClearSpring Capital u li għandha preżenza fuq l-internet fis-sit https://clearspringcapital.com/. Dan is-sit elettroniku qed juża b’mod frawdolenti, d-dettalji ta’ kumpanija liċenzjata mill-MFSA, FMG (Malta) LTD, biex iqarraq bil-pubbliku.

L-Awtorità tixtieq tinforma lill-pubbliku li FMG Investment Holdings Ltd  li tuża l-isem kummerċjali ClearSpring Capital (https://clearspringcapital.com/) MHIX kumpanija rreġistrata Malta u LANQAS M’HI awtorizzata biex tipprovdi servizzi finanzjarji f’Malta jew minn Malta. Barra minn dan, https://clearspringcapital.com/ m’għandha L-EBDA RABTA ma’ FMG (Malta) LTD.

Is-sit elettroniku https://clearspringcapital.com/ jidher li hu clone ta’ sit elettroniku ta’ entità leġittima u għalhekk il-pubbliku m’għandhux jidħol f’negozju jew tranżazzjonijiet ma’ din l-entità qarrieqa.

Entità Reġistrata Clone
FMG (Malta) LTD FMG Investment Holdings Ltd li tuża l-isem kummerċjali ClearSpring Capital
https://www.fmgfunds.com/ https://clearspringcapital.com/
C 44040 N/A
FMG (Malta) LTD, 6th Floor, Airways House,
Gaity Lane, Sliema SLM 1549
15, Stratton St, Mayfair London W1J 8LQ; The Shard, 32 London Bridge Street, London, SE1 9SG
Alternative Investment Funds (AIF’s) Mhux liċenzjata

L-MFSA tixtieq tfakkar lill-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ma jkunu ċerti li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

Għal aktar informazzjoni dwar kumpaniji clone jekk jogħġbok irreferi għal-Linji Gwida għad-Detezzjoni ta’ Qerq (Scam) maħruġa mill-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/consumers/scams-warnings/typical-scams/.

Jekk inti vittma ta’ xi qerq (scam) jew taħseb li tista’ tkun qed titratta ma’ entità mhux awtorizzata jew xi tip ieħor ta’ ingann finanzjarju, l-ewwelnett waqqaf it-tranżazzjonijiet kollha ma’ din l-entita’ u kkuntattja minnufih lill-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/about-us/contact/.